The Village About Marsaxlokk

Live Streaming

Marsaxlokk Local Council's meetings will now be streamed live on the website. Next streaming session will be held on Thursday 15th November 2016 @ 4.00pm. Click here for the Live Stream.

Marsaxlokk

Marsaxlokk

Marsaxlokk

L-isem ta’ Marsaxlokk ifisser Port għax-Xlokk. Meta l-Feniċi kienu jiġu dritt Tir u Sidun, (illum il-Libanu) kienu jidħlu f’dan il-port kenni, u minnu jibqgħu telgħin fil-qasam magħruf bħala Tas-Silġ, fejn fost bini importanti ieħor, instabu fdalijiet ta’ Tempju didikat li Astarte. Fiż-żminiiet tan-nofs, ftit nafu aktar fuq dan il-post. Meta mbagħad l-Imperu Tork kien fl-aqwa tiegħu, u s-suldati tiegħu kienu spiss jinżlu hemm biex jattakkaw iż-Żejtun, tista’ tgħid li ħadd ma kien joqgħod f’dal-post, minħabba l-biża’ li kienet jew jinqatel jew jispiċċa lsir. Iżda kif il-qawwa tal-Imperu Tork u l-furbani spiċċat, dar-raħal insibuh jikber bil-mod. Daż-żmien kiber u sar attrazzjoni turistika bil-ħajja sempliċi tiegħu. Iżda mhix dejjem kien hekk.

L-ewwel popolazzjoni f’Marsaxlokk li tissemma kien fl-1890 b’210 ruħ. Fil-bidu dan ir-raħal kien miżmum bħala lok għall-villeġġjatura u għadd kbir ta’ nies mill-ibliet u l-irħula fil-bogħod kienu jmorru hemm iqattgħu it-tliet xhur tas-sajf. Iżda mas-snin in-nies li kienu jiġu biss għas-sajf spiċċaw joqogħodu hemm is-sena kollha. Skond iċ-ċensiment tal-1961 il-popolazzjoni laħqet is-778 ruħ. Sas-sena 2006 il-popolazzjoni telgħet għal 3200.