History

Storja

Storja

Storja

IL-BIDU TA’ MARSAXLOKK

Fi zmien l-invazjoni tat-Torok meta dan il-gens kien xehet ghajnejh fuq Malta bil-hsieb li jeqred lill-Ordni Gerosolmitan minn wicc id-dinja, tista’ tghid li hadd ma kien jissogra jersaq lejn Marsaxlokk, it-Torok kienu spiss jinzlu hemm biex imbaghad jerhulha lejn iz-Zejtun, u jaghmlu herba minn dak ir-rahal. Bla difiza u miftuh ghal kull hbit, dan ir-rahal baqa’ ma tghammarx, ghalhekk ma nsibulu ebda popolazzjoni tieghu. In-nies kienet toqghod fiz-Zejtun u ma tissograx tersaq ‘il hinn ghax tigi mehuda lsira lejn Barbarija jew Kostantinopli.

Popolazzjoni

L-ewwel popolazzjoni li nsibu li kienet tghammar f’dan ir-rahal marittmu kien fl-1890. F’din is-sena nsibu li bl-irziezet b’kollox kien hemm 50 dar b’popolazzjoni ta’ 210. Kien ghadd zghir tabilhaqq meta tqis li f’dan iz-zmien t-Torok mhux talli kienu nsewna, izda li nqerditilhom l-arja li kellhom darba g]al dejjem. Il-popolazzjoni ta’ Marsaxlokk skond ic-censiment ta’ l-1961 lahqet is-778 ruh.  Sas-sena 2012 il-popolazzjoni telghet ghal 3425.

L-Arma ta’ Marsaxlokk

L-Arma ta’ dan ir-ra]al hi salib ik]al ta’ Sant’ Andrija fuq kamp tal-fidda. Il-motto tieghu hu Portus Herculis – (Dahlet Melqart), ghaliex din il-bajja kienu jghidulha l-Port Erkole.  Huwa jinsab boghod mill-Belt 11km.

Kif Beda Ismu

Hawn ma sibniex problemi biex infissru minn fejn seta’ n]oloq isem dan ir-rahal ghaliex wahdu jurik. L-isem ta’ Marsaxlokk jinqasam fi tnejn u dan jigi Marsa-Xlokk. Marsa tfisser port ghalhekk Marsa-Xlokk bla dubju tfisser Port ghax-Xlokk u filfat dan il-port jinsab ihares lejn ix-Xlokk.

Fil-bidu dan ir-rahal kien mizmum bhala lok ghall-villeggjatura u ghadd kbir ta’ nies mill-ibliet u rhula fil-boghod kienu jmorru hemm iqattghulek it-tlett xhur tas-sajf fil-hena qrib il-bahar kahlani u l-arja pura tal-kampanja.

Minn wara l-gwerra ‘l hawn din id-drawwa tista’ tghid inqatghet ghaliex kemm minhabba  n-nuqqas tad-djar kif ukoll  billi m’ghadux dak ir-rahal imbieghed u maqtugh ghalih wahdu, in-nies bdiet tghammar fih b'mod permanenti, u hekk bil-mod il-mod beda jikber gmielu. U meta rahal jibda jiehu dik il-popolarita' li n-nies joqgodu fih ghal kollox, ikun miexi lejn il-progress biex hekk jilhaq mat-tellieqa bla hniena li bhalissa ghaddejja minnha  Malta kollha.