Il-Parrocca u l-vara titulari iddedikata lill-Madonna ta' Pompei
Sa mill-1436, dan ir-rahal kien jaghmel sehem mill-Parrocca ta’ Santa Katarina Vergni u Martri taz-Zejtun. F’dan iz-zmien nistghu nghidu li ma kienux joqghodu nies f’Marsaxlokk minhabba l-biza’ tat-Torok, izda meta dawn bdew jitbieghdu xi ftit, dehru ‘l hawn u ‘l hinn xi ftit familji jwaqqfu l-irziezet hemm. Ghalhekk inbnew xi knejjes sabiex jiehdu hsieb ruh il-parruccani taghhom u minn ta’ l-ewwel kienu dawk tas-Silg u ta’ San Nikola li t-tnejn saru madwar l-1650.
Fis-seklu tmintax Marsaxlokk kien imghammar sewwa bin-nies u l-Isqof Pace b’digriet tas-27 ta’ Settembru,1890 baghat Vicendarju inthaseb biex itellghu knisja gdida li kellha tkun taht it-titlu tal-Madonna tal-Karmnu msejjha minn x’uhud bhala ta’ Pompei (skond ix-xewqa ta’ l-Isqof) u li tkun tesa’ l-poplu kollu kif ukoll dawk li jinzlu fis-sajf. Fis-7 ta’ Dicembru 1890 tqieghdet l-ewwel gebla tal-Knisja.
B’petizzjoni li ghamlu n-nies tal-lok lill-Isqof, Mons. Pietru Pace waqqaf din il-knisja parrocca fis-27 ta’ Frar 1897 u ghamel bhala Vigarju Kurat tal-Parrocca l-gdida lil Dun Salv Delia, li wara sar Kappillan.
Wara bilkemm sentejn xoghol, il-knisja Parrokkjali kienet lesta fl-1892 fuq il-pjanta ta’ l-Arkitett Dun guzepp Diacono (il-kappillan tal-Qala, Ghawdex).
Fl-1910 il-Kappillan Busuttil zied il-kor u z-zewg kappelluni ta’ fuq. Izda l-faccata u l-kursija milli jidher xejn ma kienu ghal qalb il-Kappillan Dun Salv Gatt billi habrek kemm felah sabiex ibiddilhom fuq il-pjanta li ghamillu l-Perit Guze’ Bellia.
Il-knisja ghandha ghamla ta’ salib b’koppla u zewg kampnari. Fiha hames altari. Il-kobor taghha hu ta’ 118-il pied tul, 87 wisgha mill-kappelluni u 18-il pied fil-kursija.
Wahda mill-akbar benefatturi ta’ din il-knisja kienet il-markiza Roza Apap Testaferrata li harget nofs l-ispejjez sabiex tinbena l-kursija. Insemmu wkoll il-familja Nobbli |ammit Gauci minn haz-Zebbug li tat l-art b’xejn ghall-bini taghha kif ukoll il-koperazzjoni tal-poplu.
Dun Salv Gatt kien bena wkoll il-koppla. Il-qanpiena l-kbira nxtrat mill-knisja ta’ San Duminku tal-Belt. L-orgni l-gdid intuza fl-1954 u sewa Lm1,200 u sar il-germanja. Ighidu li l-qadim kien insteraq.
Il-kwadru titulari hu xoghol tad-dilettant Markiz Peppinu Testaferrata. Il-laterali tal-kor hadmu guzeppi Caruana. Il-kwadru ta’ San guzepp pingih guzeppi Bonnici. Il-kwadru ta’ San Pawl pingih P.P. Caruana. guzeppi Cali’ pinga l-kwadru ta’ San Duminku fl-1913. Fl-1893 guzeppi Bonni`i pinga lil Sant’ Andrija. Santa Tereza pingiha G. Mifsud fl-1933 u Lazzru Pisani fl-1932 pinga l-Martirju ta’ Santa Katerina. Ramiro Cali’ pinga dak ta’ Santa Margerita fl-1934 u Rafel Bonnici Cali’ pinga t-Trasfigurazzjoni. Fil-koppla nsibu siltiet mill-hajja tal-Madonna li tpingew minn Tuse’ Busuttil.
L-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju ngiebet minn Lecce fl-Italja mill-Kappillan Dun Salv Delia. L-istatwa ta’ San guzepp hadimha Wistin Camilleri, l-Ghawdxi li hadem ukoll dik ta’ Sant’ Andrija. Santa Rita ngiebet minn Bolzano fl-Italja.
San Nikola
Il-Kappella ta’ San Nikola giet mibnija mill-gdid mis-Sur Gann Frangisk Gauci madwar l-1650 u hi guspatronat.
Il-Madonna tas-Silg u l-Kunvent
Il-knisja tas-Silg, li tinsab fuq ir-rih ta’ Marsaxlokk u li issa jaghmlu minnha l-Patrijiet Karmelitani Skalzi, giet mibnija fl-1833 flok dik li kien hemm mibnija ghall-habta tal-1650 li kien bena Gio Frangisku Gauci.
Din il-knisja kienet l-aktar uzata mill-gabillotti u s-sajjieda ta’ dawk l-inhawi. Inbniet kif inhi llum mill-Markia Angiolina Muscat Cassia Dorell fuq il-pjanta ta’ Frangisku Fabri mill-Birgu.
Fl-atti tan-Nutar Massimiliano Troisi Murville tal-25 ta’ Settembru 1834, il-Markiza fit-testment taghha halliet xi pizijiet u drittijiet lil dak is-Sacerdot li jkun jixtieq jiehu taht idejh din il-knisja bil-Palazz li hemm maghha u xi artijiet ukoll.
Maz-zmien thajru li jehduhom f’idejhom il-patrijiert Karmelitani Skalzi u fil-21 ta’ Marzu 1927 talbu lis-Superjuri taghhom il-permess li jaccettaw din il-proposta minbarra s-setgha li jaccettaw dak kollu li talbet it-testatrici. Wara hafna rikorsi u talb, fit-22 ta’ April 1933 sar il-kuntratt li bih din il-knisja u l-“Palazz”, il-gnien u ambjenti ohra, ghaddew f’idejn dawn il-patrijiet. Fuq il-kuntratt, li sar ghand in-Nutar Carmelo Farrugia, dehru n-Nobbli Carmela, l-armla tan-Nobbli Ignazio de Marechesi Testaferrata Bonnici, u min-naha tal-Kommunita’ Karmelitana deher il-Vigarju Provincjali tas-Semi-Provincja ta’ Malta, Patri Eugenio u Patri Franco Calleja Gera. Fis-6 ta’ Awissu 1933, il-Patrijiet dahlu fil-lokal u hemm bdew fondazzjoni gdida msejha l-“Fondazzjoni tas-Silg.”
Fit-8 ta’ April 1934 tbierku tliet qniepen godda minn Patri Redent tas-Salib mahdumin mid-ditta Pasquale Marinelli e Figlio ta’ San Albert.
Malli dahlu fil-lokal, il-Patrijiet ghamlu bhala kunvent dan il-palazz, u t-Tlieta 13 ta’ Novembru 1934 ghamlu hawn il-kullegg ghall-Patrijiet Aspiranti. Fit-28 ta’ Marzu 1937 tqieghdet l-ewwel gebla tal-kunvent il-gdid mill-Vici-Provincjal, Patri Bennard, quddiem ghadd ta’ nies, fosthom id-dixxendenti tad-donatrici, il-Markiz Lorenzo dei Marchesi Testaferrata u l-Markiza Elena. Il-Perit kien Andrea Micallef ta’ Hal Luqa.
Fit-2 t’ Ottubru 1939 dan il-kunvent kien lest u nfetah. Issa kienet bdiet il-gwerra u l-Patrijiet, bil-ligi ta’ l-Emergenza, kellhom icedu dan il-kunvent lill-Kmandant ta’ l-Ingienier. Izda fl-1 ta’ Gunju 1943 il-Militar okkupa wkoll il-parti l-gdida tal-kunvent. Fl-20 ta’ Novembru ta’ l-istess sena, il-militar telaq minn dan il-kunvent u tmint ijiem wara l-Patrijiet bierku l-lok mill-gdid u regghu fethuh.
Il-Kappella hija pjuttost zghira b’koppla f’nofsha u ghandha artal wiehed. Jinghad li l-kappella li kien hemm qabel giet meqruda bin-nar. Il-kwadru ewlieni ma sirtx naf min ghamlu imma x’aktarx li sar ghal habta ta' meta saret il-knisja l-gdida. Hemm vara sabi]a tassew tal-Madonna tal-Karmnu li kienet giet regalata mill-knisja tat-Terezjani ta’ Bormla fl-1935. Saret f’Genova. Biswitha hemm statwa ohra ta’ Santa Tereza.
San Duminku
Il-knisja ta’ San Duminku, Guspatronat, ittellghet fl-1653 mill-mizzewgin Gakbu Testaferrata u Teodora Bonnici. Fiha altar wiehed. Giet imbierka mill-Arcidjaknu Genju Testaferrata fit-13 ta’ Ottubru 1653. Din il-knisja taghmel parti mill-Palazz tal-Marnizi.
San Pawl
Il-knisja ta’ San Pawl Nawfragu, ta’ Xorb l-Ghagin telghet fis-seklu Tmintax u hi guspatronat.
San Pietru
Tmiss mad-dar li kien bena Dun Pietru Busuttil hemm il-kappella sabiha ta’ San Pietru li hi guspatronat. Din il-kappella bniha wkoll Dun Pietru Busuttil bi flusu fuq id-disinn ta’ Wenzu Gafa’ u tbierket f’April ta’ l-1862 bhalma turi l-kitba li hemm fuq il-bieb.
Fl-1875, E.Gauci Testaferrata kabbarha, izda wara regghet giet irrangata mill-Arkitett Professur Dr. Nikola Zammit. Fid-29 ta’ April, jum San Pietru, f’din il-knisja kien jitbierek iz-zebbug u l-ilma bir-relikwija ta’ San Pietru. Minnha kienu jitbierku wkoll ic-crieket biex jaghtu l-ghajnuna lin-nisa waqt il-hlas. Dawn kienu privileggi li jsiru minn din il-knisja.
Sitta mill-familji ta’ Testaferrata, Manduca u Gauci jinsabu midfuna hawn. Din il-kappella ghandha koppla u tliet altari. Il-kwadru ewlieni li juri lil San Pietru, Dumnikan Martri, hu xog]ol Baskal Buhagiar. It-tieni wiehed hu dak tar-Redentur u t-tielet hu dak tal-Madonna tal-Karmnu u huwa xoghol Guzepppi D’Arena. L-istatwa ta’ Sant’ Anna ngiebet minn Franza.
Il-Qalb ta’ Gesu
Naqraw lin-Nobbli Margherita dei Conti Manduca bniet minn flusha fl-1876, il-knisja tal-Qalb ta’ Gesu’ li qieghda hdejn il-Kavallerizza.
L-Istitut ta’ Gesu Nazzarenu
L-ewwel darba li thajru jifthu dan l-istitut f’Marsaxlokk kien fl-1923 bi ftit bniet. F’din id-dar, ghaliex ma kenitx ghajr dar, it-tfal kienu jigu mghallma l-iskola, d-duttrina u anki snajja’ femminili, bhalma huma xoghol tal-bizzilla, rakkmu, hjata u xogholijiet ohra.
Dawn it-tfal kienu mexxijin minn xi xebbiet twajba taht il-harsien tal-Kappillan li kien jahsibilhom ghal bosta affarijiet.
Fid-9 ta’ Settembru 1949 il-Kongregazzjoni Missjunarja ta’ Gesu’ Nazzarenu fethet dar f’dan ir-rahal fejn kien isir taghlim ta’ l-iskola ghat-tfal ta’ taht il-hames snin. Fis-7 ta’ Ottubru 1959, il-familja Preziosi tathom bicca art fuq in-naha l-ohra ta’ Marsaxlokk, fejn ftit wara nbniet id-dar il-gdida li llum hi maghrufa bhala “Domus Marie”. Fit-12 ta’ Settembru 1959, marru joqghodu fiha. Fid-29 ta’ Settembru ta’ l-istess sena saret l-ewwel quddiesa u t-tberik tal-kappella ta’ din id-dar mill-Eccellenza tieghu Mons. Isqof E.Galea.
Din id-dar barra milli hi skola sservi wkoll biex isiru fiha rtiri u laqghat ta’ diversi ghaqdiet sew ta’ Marsaxlokk kif ukoll ta’ rhula ohra. Fis-Sajf imbaghad isservi bhala dar ta’ villeggjatura ghat-tfal u ghas-Sorijiet ta’ l-Istitu Nazzarenu taz-Zejtun li ilhom imorru fiha sa mill-25 ta’ Lulju 1960 ‘l hawn.
It-titular tal-kappella ta’ dan il-kunvent huwa ta’ Marija Addolorata u fiha artal wiehed. Illum il-gurnata din id-dar qed tintuza wkoll bhala dar tax-xjuh.