Council Members

Horace Gauci

Sindku

Eta: 36 sena

Impjieg : Prefett tad-Dixxiplina

Horace Gauci twieled f’Tal-Pietà nhar is-7 ta’ Jannar 1981, iben Joseph u Spira nee Gafa’.

Irċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola Primarja ta’ Marsaxlokk, imbagħad fil-Liċeo San Ġużepp u wara fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela. Kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta minn fejn f’Novembru 2004 iggradwa bħala għalliem. Dejjem kien involut fil-ħidma tal-Parroċċa Xlukkajra, kemm bħala abbati u ankè f’diversi Kummissjonijiet.

Ta’ 16-il sena beda bl-involviment tiegħu fil-ħidma maż-żgħażagħ fosthom fil-Grupp Adoloxxenti Xlukkajri, fil-Kummissjoni Żgħażagħ Xlukkajri u fil-Forum Żgħażagħ Laburisti. Bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk u ta’ diversi persuni oħra, organizza diversi proġetti għaż-żgħażagħ taħt il-programmi ‘Youth’ u ‘Youth in Action’ tal-Unjoni Ewropea. Hu attenda wkoll korsijiet u seminars taħt l-istess programmi. Kien hemm drabi li fihom Horace irrapreżenta lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk. F’dawn l-aħħar snin, hu kien ukoll wieħed mill-edituri tal-fuljett maħruġ mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.

Fl-2004 inħatar għalliem tal-Fiżika fil-Liċeo tal-Bniet Carlo Diacono. Hawn hu nvolva ruħu fil-Pantomima tal-Milied, ħa ħsieb fl-organizzazzjoni tal-Farewell għall-istudenti tal-Ħames Sena u ħa l-inizjattiva li jibda jiġi ppubblikat magażin annwali għall-istess skola. Horace żamm il-professjoni ta' għalliem sal-2012, fejn wara sejħa pubblika u proċess ta’ intervista, hu ġie maħtur Prefett tad-Dixxiplina fil-Kulleġġ San Tumas More.

Horace Gauci

Steven Grech

Vici Sindku

Eta: 50 sena

Impjieg : Xufier

Stephen Grech twieled fl-10 t’Awwissu 1967 u jghix Marsaxlokk. Jahdem bhala xufier mal-Arriva Malta. Minn meta kien ghadu zghazugh kien minn dejjem attiv, bhall fl-Ghaqda Zghazagh Socjalisti, f’diversi Kumitati Lokali bhall Partit Laburista, Marsaxlokk ASC, Marsaxlokk FC, Banda Pompei u l-Kumitat tal-Festa.

Fl-2004 kien hareg ghall-ewwel darba ghall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali mal-Partit Laburista u ma kienx gie elett. Gie elett fl-elezzjoni ta’ wara u baqa jigi elett f’kull elezzjoni li saret min dak iz-zmien ‘l hawn. Fost dekasterji li kellhu that idejh, kienu l-infrastruttura, l-Haddiema Assenjati, Zghazagh, Kultura u Sports. Parti mill-hidma li Steven ta’ importanza hija l-festa u l-kultura tar-rahal. Kien wiehed min dawk li hadem biex il-grawnd ta’ Marsaxlokk FC jigi dak li hu llum. Ma’ dawn insemmu wkoll il-pitch tal-waterpolo li wkoll hadem biex jsir kif inhu llum. Il-holma ta Stephen hi li dawn iz-zewg ghaqdiet ikunu l-aqwa fin-naha t’isfel ta’ Malta. Kien protagonist ukoll fit-tisbieh tal-progett tax-xatt, lura fl-2010

Stephen huwa mizzeweg lil Maria Victoria nee’ Aquilina u ghandhom erbghat itfal, Glenn, Marlon, Kimberly u Krista.

Steven Grech

Stephen Caruana

Kunsillier

Eta: 40 sena

Impjieg : Labourer mal-Kooperattiva tas-Sajd

Stephen Caruana twieled fid-19 ta’ Mejju 1977 u jgħix ġewwa Marsaxlokk. Ghandu 35 sena u jaħdem bħala labourer mal-Koperativa Nazzjonali tas-Sajd. Is-Sur Caruana ilu attiv fil-politika sa’ minn eta’ żgħira. Fil-fatt meta kellu biss 7 snin, is-Sur Caruana kien jieħu sehem fil-festivals li kienu jiġu organizzati mill-Kumitat taċ-Ċentru Laburista’ ta’ Marsaxlokk. Huwa kien  ukoll attiv fi ħdan il-brigata tal-Partit Laburista.

Is-Sur Caruana ilu mill-2001 involut fil-hidma tal-Kunsilli Lokali. Sa issa dan dejjem gie elett u fost reposabiltajiet kellu is-Sajd, iz-Zghazagh, il-Monti ta’ Marsaxlokk u tindif. Tajjeb wiehed isemmi li tul is-snin li ilu fil-Kunsill, is-Sur Caruana serva wkoll bhala Sindku tal-lokal bejn 2007 u l-2012.

Bhala hin liberu s-Sur Caruana jhobb iqatta l-hin fil-kumpanija ta’ tal-hbieb, iservi fil-Kumitat tal-Ghaqda Muzikali Pompei u jsegwi xi loghba futbol.

Stephen Caruana

Daniel Zerafa

Kunsillier

Eta:

Impjieg : 

 

Daniel Zerafa

Janice Chetcuti

Kunsilliera

Eta: 40 sena

Impjieg : : Uffiċjal għall-Promozzjoni fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali

Janice hija miżżewġa b’żewġt’itfal u ħadmet għal erbatax-il sena bħala għalliema. L-edukazzjoni u t-taħriġ kienu parti integrali f’ħajjitha u għenuha biex issawwar il-personalità u l-perspettivi li għandha llum. Hi gradwata wkoll fl-isport bħala Fitness Trainer, u għal żmien twil kienet tilgħab in-netbol u kienet tifforma parti mit-Tim Nazzjonali Malti filwaqt illi kienet tieħu ħsieb diversi timijiet tal-isport fi skejjel differenti fejn kienet tgħallem.

Fl-2003 gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Business Management, kors illi wassalha biex tieħu l-inkarigu ta’ Manager fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi, Agrikoltura u Affarijiet Rurali. Dan l-irwol ressaqha ħafna lejn il-qorti, fejn ta’ spiss kienet tkun preżenti f’każijiet illi kien ikollhom x’jaqsmu ma’ moħqrija ta’ annimali. Dan wassalha biex tieħu d-deċiżjoni li tibda l-kors ta’ avukat, u fil-fatt bħalissa qiegħda fl-aħħar sena ta’ dan il-kors. Illum hija parti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, u parti importanti minn xogħolha huwa proprju t-tqassim ta’ informazzjoni u promozzjoni fuq il-ħarsien tal-annimali fost l-istudenti fl-iskejjel.

 L-ambjent ta’ madwarna flimkien mal-konservazzjoni tiegħu huwa suġġett ferm għal qalbha. Marsaxlokk huwa raħal uniku fejn jidħol dan il-kuntest, u kien proprju dan l-aspett illi ġibidha biex tikkontesta u tkun Kunsilliera f’dan ir-raħal pittoresk imdawwar b’tant ġmiel naturali.

Janice Chetcuti