Archived Projects

Bajja tal-Maghluq

Centru Edukattiv Guzeppi Grech

Tourist Information Hub

Fl-10 ta' Novembru 2014, il-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni ghand il-Fondazzjoni Gal Xlokk, sabiex jinkisbu l-fondi necessarji sabiex tinbena Tourist Information Hub f' Xatt is-Sajjieda. L-applikazzjoni tal-Kunsill Lokali giet milqugha u permezz tal-programm LEADER, li jaqa' taht il-kappa tal-Unjoni Ewropeja, matul l-2015 saru x-xogholijiet mehtiega sabiex f'Ottubru 2016, il-progett gie ufficjalment inawgurat. L-inizjativa swiet madwar Ewro 162 200 u ghandha l-ghan ewlieni li minbarra li tipprovdi lit-turisti u lil dawk li jzuruha informazzjoni generali dwar il-gzejjer Maltin tiffoka fuq il-promozzjoni tas-sbatax il-lokalita' li jiffurmaw ir-Regjun Xlokk

Gnien il-Familja

Matul l-2014, il-Kunsill Lokali ha hsieb illi jaghmel xogholijiet ta' manutenzjoni estensiva fi Gnien il-Familja. Kif jixhed ir-ritratt anness, minbarra li saret manutenzjoni fuq l-apparat tal-loghob innifsu, inghatat dehra gdida lill-bandli b'haddiema assenjati mal-Kunsill Lokali jizbghu ic-cnut li jdawru iz-zona.

Gnien il-Familja

Resurfacing ta' Triq Xatt is-Sajjieda

Matul l-2013, il-Kunsill Lokali dahal ghal spiza kapitali ta' madwar €70 000 sabiex jaghmel xoghol ta' bankini godda u bini mill-gdid ta' parti minn Triq Xatt is-Sajjieda ( Minn Triq Duncan sa Triq Gulinu Maniscalco). Dan ix-xoghol kien ilu pjanat diversi xhur pero' minhabba problemi li nqalghu kellu jittardja xi ftit. B'konnessjoni max-xoghol tal-Kunsill Lokali fil-parti tat-triq in-kwistjoni saru servizzi ta' drenagg u ilma mill-gdid. Dan bil-ghan illi ma jkunx hemm il-htiega illi fil-futur qarib jerga' jinfetah il-wicc tat-triq.

Resurfacing ta' Triq Xatt is-Sajjieda

Playing field gdida fi Triq Xatt is-Sajjieda

Wara li ghal numru ta' xhur, playing field fi Triq il-Wilga inghalqet peress illi ma kenitx konformi mal-istandards ta' sigurta' stabbiliti, il-Kunsill Lokali hareg sejha ghall-offerti sabex issir playing field gdida. Il-process gie ezawrit u wara li nqata' appell li kien hemm minn kuntrattur partikolari inghata bidu ghax-xogholijiet. Il-"Gnien tal-Maghluq", kif issemmiet il-playing field infetah ufficjalment mis-sindku, il-Perit Edric Micallef fl-okkazjoni ta' Jum Marsaxlokk 2014. Il-progett huwa mahsub ghal tfal ta' diversi etajiet u jilhaq l-oghla livelli ta' sigurta' ghat-tfal infushom u ghall-genituri/kustodji li jkunu qieghdin jiehdu hsiebhom. Il-progett sew lill-Kunsill Lokali total ta'  €145 000 li parti mihhom gew mill-Urban Improvement fund tal-Awtorita' Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar

 

Playing field gdida fi Triq Xatt is-Sajjieda